Servizzi

Formoli

Formola tal-Art għad-Dispożizzjoni tal-Bidwi

Il-Formola tintuża mill-bidwi li qed jiċċara t-titlu li għandu fuq l-art, din hija rekwiżit biex xi tip ta’ talbiet jiġu pproċessati.

Ħlas Ta’ Għajnuna Finanzjarja Mill-UE F’Kont Tal-Bank (Għal Pagamenti f’Banek Elettroniċi)

Il-formola tal-ħlas tal-Bank tista’ tintuża minn applikanti li l-kont bankarju tagħhom ma jkunx miżmum ma’ istituzzjoni finanzjarja Maltija  

Aċċess għar-Reġistru tal-Bdiewa​

Aċċess għas-Sistema Integrata Amministrattiva u Kontroll (IACS).​

Ħlas ta’ Għajnuna Finanzjarja mill-UE f’Kont tal-Bank (Għal Pagamenti Lokali BPF)

Il-Formola għall-ħas f’kont bankarju tista’ tintuża mill-applikanti li l-bank tagħhom ikun jaqa’ taħt istituzzjoni finanzjarja Maltija biex jirċievu għajnuna finanzjarja mill-UE.​​​

Identifikazzjoni Finanzarja għall-Ħlas Relatat mal-Fondi tal-UE

Il-Formola tista’ tintuża mill-applikanti li l-kont tal-bank tagħhom qiegħed miftuħ ma’ istituzzjoni finanzjarja mhux Maltija biex jirċievu għajnuna finanzjarja mill-UE.​​

Formola ta’ Kontestazzjoni tal-Art mill-Kontestant

Formola għad-dritt li bidwi jikkontesta art maħduma minn bidwi f’każi fejn l-għalqa tinsab li tkun diġà rreġistrata fuq terzi.​​

Formola ta’ kontestazzjoni mill-Bidwi Reġistrat

Formola biex bidwi reġistrat jiftaħ kontestazzjoni oħra kontra il-bidwi li diġà ppreżenta kontestazzjoni kontra tiegħu

Reġistrazzjoni/tneħħija tar-reġistrazzjoni tas-servizz tal-SMS ipprovdut mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA)

Applikazzjoni biex tirċievi jew tiġi eżentat milli tirċievi notifiki u informazzjoni mill-ARPA permezz ta’ SMS

Talbiet f’ Kazi ta’ Forza Maġġuri

Bdiewa rreġistrati għandhom id-dritt li joġġezzjonaw f’każi ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li ma jħallux lil bidwi jissodisfa l-obbligu tiegħu. ​​

Oġġezzjonijiet għal tnaqqis jew sanzjonijiet imposti mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA)

Bdiewa rreġistrati għandhom dritt li joġġezzjonaw għall-penali jew pagamenti maħruġa mill-ARPA.​

Formola tal-Co-Cultivators

Applikant jista’ jirreġistra kultivatur sieħeb (co-cultivator) għall-iskop tal-Fondi mill-Unjoni Ewropea.​

​Aċċettazzjoni tad-Dejn maħruġ mill-ARPA

Din il-formola tagħti ċ-ċans lill-applikant jaċċetta l-penali maħruġa mill-ARPA.​

Formola tat-Talba għall-Ħlas – Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020​

Applikazzjoni għal ħlas lura tal-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni ta’ proġett implementat permezz ta’ fondi mill-FAEŻR.​

Liċenzja ta’ Importazzjoni (AGRIM)

Applikazzjoni għal liċenzja ta’ importazzjoni li tippermetti importatur ibbażat f’Malta biex jimporta prodotti agrikoli biex jiċċirkolaw liberalment fl-Unjoni Ewropea.​

Liċenzja ta’ Esportazzjoni jew Ċertifikat ta’ Advance Fixing (AGREX)​

Applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni li tippermetti esportatur ibbażat f’Malta biex jesporta prodotti agrikoli għal pajjiżi li mhumiex fl-UE. ​

Kunsens mill-Werriet ta’ Benefiċjarju Deċedut biex jittrasferixxi l-Għajnuna Finanzjarja Pendenti

Applikazzjoni sabiex il-werriet jirċievi ħlas/ijiet ta' kull talba pendenti magħmula mill-benefiċjarju deċedut.