It-Taqsima C2 hija responsabbli għall-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni effiċjenti u effettivi fi ħdan u barra l-ARPA, kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak internazzjonali/tal-UE. B’hekk, il-komunikazzjonijiet uffiċjali li għandhom jintbagħtu lid-dipartimenti jew entitajiet oħra, lill-istituzzjonijiet tal-UE jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u lill-kwalunkwe klijent tal-ARPA skond kif meħtieġ, għandhom jgħaddu minn din it-Taqsima għar-reviżjoni u t-trażmissjoni meħtieġa skont il-proċeduri stabbilitu fi ħdan il-Ministeru.
Filwaqt li tirrikonoxxi s-sinifikat siewi ta’ komunikazzjoni ċara u konċiża, l-Unità D1 tagħmel ħilitha biex twassal servizz ta’ kwalità għolja lill-benefiċjarji tal-Aġenzija u lill-komunità lokali tal-biedja, skont l-impenji tal-ARPA bħala detentriċi tal-Premu tas-Servizz tal-Kwalità; li huma deskritti fil-Karta tas-Servizz ta’ Kwalità tal-ARPA li tinsab disponibbli fuq dan is-sit elettroniku. It-taqsima taġixxi wkoll bħala kordinatur orizzontali, filwaqt li trawwem kordinazzjoni u kollaborazzjoni bejn id-diversi oqsma fi ħdan l-Aġenzija.
Minbarra r-responsabbiltajiet ewlenin tagħha, l-Unità D1 tassumi r-rwol kruċjali tal-ġestjoni tal-kont ġeneriku tal-ARPA. Dan il-kont iservi bħala mezz ewlieni ta’ komunikazzjoni mal-benefiċjarji tal-Aġenzija, filwaqt li tiżgura interazzjonijiet effettivi u f’waqthom. Billi tindirizza minnufih l-inkjesti, il-feedback, u t-talbiet għat-tagħrif, l-Unità tiggarantixxi esperjenza ta’ komunikazzjoni bla xkiel li tikkontribwixxi għas-suċċess ġenerali tal-Aġenzija filwaqt li żżomm mal-impenji tal-Karta tas-Servizz ta’ Kwalità. L-Unità D1 hija wkoll responsabbli biex taġġorna s-sit elettroniku tal-ARPA kif xieraq filwaqt li tiżgura li d-dokumentazzjoni u l-applikazzjonijiet meħtieġa jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.
Barra minn hekk, it-Taqsima C2 għandha wkoll rwol kruċjali fl-għemil pubbliċitarju u żżomm kuntatt kontinwu mad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru. It-Taqsima tikkontribwixxi għal kitbiet u pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni filwaqt li tipparteċipa u tikkontribwixxi wkoll f’avvenimenti medjatiċi bl-għan li l-pubbliku jsir konxju dwar il-ħidma tal-ARPA u kwalunkwe opportunitajiet ta’ finanzjament li jistgħu jkunu disponibbli minn żmien għal żmien, b ’mod partikolari fid-dawl tar-rwol tal-ARPA fl-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE.