Taqsima A3.2 – Taqsima tal-LPIS

Sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Rqajja’ ta’ Art (LPIS)

Is-Sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Rqajja ta’ Art (LPIS) hija l-komponent prinċipali tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) għas-sussidji bbażati fuq l-art. Hija l-għodda moderna ta’ għajnuna fil-forma ta’ reġistru spazjali użat fi ħdan l-ambjent tal-IACS li jgħin lill-bidwi li għandu l-intenzjoni japplika għal għajnuna taħt kwalunkwe skema ta’ għajnuna marbuta mal-art biex jidentifika kwalunkwe biċċa raba’ intiża sabiex tiġi elenkata fid-dikjarazzjoni annwali tiegħu għal għajnuna tal-UE.

Il-bdiewa għandhom jirreġistraw (jiktbu) l-art tagħhom fil-LPIS qabel jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna.

  • Il-bdiewa jistgħu jissottomettu talba biex jirreġistraw (jiktbu) jew jittrasferixxu (jdawwru) l-art tagħhom mal-Front Office tal-Aġenzija tal-Pagamenti;
  • Hija biss art li b’mod predominanti tintuża għal għanijiet agrikoli li tiġi rreġistrata fil-LPIS;
  • Roqgħa tista’ tiġi rreġistrata biss fuq bidwi wieħed;
  • Mar-reġistrazzjoni, il-bidwi jiġi pprovdut b’ Lista ta’ Għelieqi tal-Bidwi;
  • Mas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna, jiġu pprovduti pjanti grafiċi.
 
Kontrolli Fuq il-Post

L-Unità tal-LPIS, flimkien mal-Unità tal-Kontroll, tuża metodi tal-iktar teknoloġija reċenti biex tikkontrolla l-azjendi agrikoli li tkun saret applikazzjoni dwarhom.

Il-kontrolli fuq il-post jitwettqu permezz ta’ żewġ metodi:

 
Sensuri Remoti

L-Unità tal-LPIS hija responsabbli għal madwar 15,000 roqgħa ta’ art agrikola li huma kkontrollati annwalment permezz ta’ sensuri remoti bl-użu ta’ softwer speċjalizzat. L-użu ta’ sensori remoti jgħin biex jimminimizza r-rekwiżit ta’ mezzi tradizzjonali ta’ verifiki fuq il-post u għalhekk jagħmel il-proċess ta’ kontroll iktar effettiv u effiċjenti.

 
Verifiki Tradizzjonali (Fiżiċi)

Tali verifiki huma mwettqa mill-Unità tal-Kontroll.

 
Kontrolli Fuq il-Post

It-Taqsima LPIS hija wkoll responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-mobile app tal-ARPA, BiedjaCam.