Taqsima C5 – Taqsima tal-Pagamenti

L-għanijiet ta’ din it-taqsima:

L-għan prinċipali tat-Taqsima C5 – Pagamenti huwa li twettaq pagamenti awtorizzati mtellgħin fis-Sistema tal-Pagamenti tal-Aġenzija (PAMS) lill-benefiċjarju it-tajjeb.

Il-funzjonijiet tat-Taqsima huma:

    • Verifiki amministrattivi ta’ fajls awtorizzati għall-pagament
    • Twettiq ta’ pagamenti awtorizzati
    • Rikonċiljazzjoni tal-pagamenti
    • Rikonċiljazzjoni tal-pagamenti ta’ kull xahar mat-taqsima C5 – Kontijiet
    • Monitoraġġ tal-infiq tal-fondi FAEG u FAEŻR allokati lil Malta
    • Amministrazzjoni tal-kontijiet bankarji tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali
    • Amministrazzjoni tal-Garanziji biex ikopru pagamenti bil-quddiem (Żvilupp Rurali) u liċenzji tan-negozju (prodotti agrikoli).
Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-Taqsima C5 – Pagamenti:

It-Taqsima C5 – Pagamenti hija responsabbli għat-twettiq tal-pagamenti awtorizzati lill-benefiċjarju t-tajjeb fit-termini stabbiliti, u eventwalment, li twettaq ir-rikonċiljazzjoni ta’ kull tranżazzjoni. Il-monitoraġġ tal-infiq tal-FAEG u l-FAEŻR ukoll jaqa’ taħt ir-responsabbiltajiet tat-Taqsima. It-Taqsima tiġġestixxi l-garanziji rċevuti mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali u għalhekk hija responsabbli biex tissekwsetra ammonti ta’ flus meta benefiċjarju/importatur ma jonorax l-obbligi tiegħu/tagħha.

Publikazzjoni tad-Dejta ta’ Benefiċjarji taħt il-PAK

Il-ħolqa t’hawn isfel, tinkludi dettalji tal-pagamenti li l-benefiċjarji tal-Aġenzija għal-Pagamenti Agrikoli u Rurali rċievew taħt il- Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Din l-informazzjoni qed tiġi pprovduta skont mal-Kapitolu IV tat-Titolu VII tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-regolament jirrikjedi li l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea jippubblikaw id-dettalji tal-benefiċjarji, li rċevew pagamenti taħt il-PAK matul is-sentejn finanzjarji preċedenti (mis-16 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara).

Il-pagamenti elenkati taħt il-Kodiċi tal-Miżura VI.25 (Assistenza Teknika) saru għal servizzi/provvisti pprovduti lill-Awtoritajiet Maltin skont il-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020.

L-ismijiet tal-benefiċjarji li jirċievu inqas minn €1,250 bħala għajnuna matul sena finanzjarja, ser jiġu sostitwiti b’numru ta’ kodiċi.

L-ammonti kollha kwotati huma f’ewro (€).

Publikazzjoni tad-Dejta ta’ Benefiċjarji taħt il-PAK – Snin Finanzjarji 2024 u 2025

Riferenza tal-Kodiċi tal-Interventi Użati