Taqsima A2 – Taqsima tal-Mekkaniżmi tas-Suq

Din it-taqsima hija responsabbli għall-miżuri mhux tal-IACS li prinċipalment jikkonsistu fi:

  • Għajnuna ffinanzjata mill-UE lil dawk li jrabbu n-naħal
  • Skema għall-Iskejjel tal-UE
  • Liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli fl-UE
  • Miżuri tas-suq Nazzjonali

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta ’Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) No.234/79, (KE) No.1037/2001, u (KE) Nru 1234/2007.

Ix-xogħol mwettaq mit-taqsima tal-mekkaniżmi tas-suq jinkludu:
 
  • Programmar Amministrazzjoni tal-miżuri
  • Twettiq tal-kontrolli amministrattivi tal-applikazzjonijiet
  • Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri
  • Awtorizzazzjoni tal-pagamenti
  • Ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġewwa l-UE