Taqsima C6 – Taqsima tal-Miżuri ta’ Investiment

L-Unità tal-Miżuri ta’ Investiment fl-Iżvilupp Rurali hija responsabbli għall-miżuri kollha tat-tip ta’ investiment, li jikkonsistu fis-segwenti:

Programm għal Żvilupp Rurali 2014-2020
  • Verifikazzjoni u pproċessar ta’ talbiet għal pagamenti fir-rigward ta’ Miżuri ta’ Investiment speċifikament :
 
Miżura 1 – Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni (Artikolu 14)
  • Sottomiżura 1.1 – appoġġ għal taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet relatati mal-kisba ta’ ħiliet
  • Sottomiżura 1.2 – appoġġ għal attivitajiet ta’ wirjiet u azzjonijiet ta’ informazzjoni
  • Sottomiżura 1.3 – appoġġ għal skambji fuq terminu qasir tal-ġestjoni ta’ azjendi agrikoli u foresti kif ukoll żjarat ta’ azjendi agrikoli u foresti
 
Miżura 2 – Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta’ skambju tal-azjendi agrikoli (Artikolu 15)
  • Sottomiżura 2.1 – appoġġ għall-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza
  • Sottomiżura 2.2 – appoġġ għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli, għajnuna għall-azjendi agrikoli u konsulenza għal azjendi agrikoli kif ukoll servizzi ta’ konsulenza għall-forestrija
  • Sottomiżura 2.3 – appoġġ għat-taħriġ ta’ konsulenti
 
Miżura 3 – Skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (Artikolu 16)
  • Sottomiżura 3.1 – appoġġ għall-parteċipazzjoni ġdida fi skemi tal-kwalità
  • Sottomiżura 3.2 – appoġġ għal attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni mwettqa minn gruppi ta’ produtturi fis-swieq lokali
 
Miżura 4 – Investimenti f’assi fiżiċi (Artikolu 17)
  • Sottomiżura 4.1 – appoġġ għall-investimenti f’azjendi agrikoli
  • Sottomiżura 4.2 – appoġġ għall-investimenti fl-ipproċessar/kummerċjalizzazzjoni u/jew żvilupp ta’ prodotti agrikoli
  • Sottomiżura 4.3 – appoġġ għall-investimenti fl-infastruttura relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-agrikoltura u l-forestrija
  • Sottomiżura 4.4 – investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi
 
Miżura 6 – Żvilupp tar-razzett u tan-negozju (Artikolu 19)
  • Sottomiżura 6.1 – għajnuna għall-bidu tan-negozju għall-bdiewa żgħażagħ
  • Sottomiżura 6.4 – appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien u żvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli
 
Miżura 8 – Investimenti fl-iżvilupp ta’ żoni ta’ foresti u t-titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (Artikoli 21 sa 26)
  • Sottomiżura 8.5 – appoġġ għall-investimenti fit-titjib tar-reżiljenza u l-valur ambjentali ta’ ekosistemi tal-foresti
 
Miżura 10 – Agri-ambjent-klima (Artikolu 28)
  • Sottomiżura 10.2 – appoġġ għall-konservazzjoni u għall-użu u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura
 
Miżura 16 – Koperazzjoni (Artikolu 35)
  • Sottomiżura 16.1 – appoġġ għall-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ gruppi operattivi għall-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola
  • Sottomiżura 16.2 – appoġġ għal proġetti pilota kif ukoll għall-iżvilupp ta’ prodotti u prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda
  • Sottomiżura 16.3 – koperazzjoni fost operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ xogħol konġunt u fil-kondiviżjoni ta’ faċilitajiet u riżorsi u għall-iżvilupp/kummerċjalizzazzjoni tat-turiżmu
  • Sottomiżura 16.4 – appoġġ għal koperazzjoni vertikali u orizzontali bejn atturi differenti fil-katina tal-provvista għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista kif ukoll swieq lokali u għall-attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista kif ukoll swieq lokali
  • Sottomiżura 16.5 – appoġġ għal azzjoni konġunta meħuda bl-intenzjoni ta’ mitigazzjoni ta’ jew adattament għall-bdil fil-klima u għal approċċi konġunti lejn proġetti ambjentali u prattiki ambjentali li jinsabu għaddejjin
  • Sottomiżura 16.6 – appoġġ għal koperazzjoni bejn l-atturi fil-katina tal-provvista għal provvista sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u tal-enerġija u proċessi industrijali
  • Sottomiżura 16.9 – appoġġ għad-diversifikazzjoni ta’ attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jikkonċernaw il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, agrikoltura appoġġjata mill-komunità u edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel
 
Miżura 19 – Appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER (CLLD – żvilupp lokali mmexxi mill-komunità) (Artikoli 42, 43 u 44)
  • Sottomiżura 19.1 – appoġġ preparatorju
  • Sottomiżura 19.2 – implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet taħt l-istrateġija CLLD
  • Sottomiżura 19.3 – preparazzjoni u implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ koperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali
  • Sottomiżura 19.4 – spejjeż ta’ ġestjoni u animazzjoni
 
Kompiti mwettqa mill-IMU:
  • Kontribuzzjoni għall-abbozzar ta’ linji gwida tal-applikazzjoni u ta’ miżuri kif ukoll linji gwida ġenerali għall-applikanti biex ikunu jistgħu jissottomettu proposti biex jiksbu għotjiet finanzjarji;
  • Verifiki amministrattivi ta’ ftehimiet ta’ għotjiet;
  • Verifikazzjoni u pproċessar ta’ talbiet għal pagamenti;
  • Awtorizzazzjoni ta’ pagamenti.