Taqsima B – Servizz tal-Awditjar Intern, Uffiċċju tad-DG ARPA

Skont l-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) hija meħtieġa li jkollha servizz ta’ awditjar intern li jissorvelja u jevalwa kontinwament l-operazzjonijiet tal-Aġenzija. Is-servizz tal-awditjar intern huwa indipendenti milt-taqsimiet l-oħra tal-Aġenzija u jirrapporta direttament lill-Kap tal-Aġenzija. Ir-rwol tat-taqsima tal-awditjar intern huwa li tivverifika li l-proċeduri adottati mill-Aġenzija huma adegwati biex jiżguraw li l-osservanza tar-regoli Komunitarji tiġi vverifikata u li l-kontijiet ikunu preċiżi, kompluti u f’waqthom.

L-awditur intern huwa meħtieġ mir-Regolament imsemmi hawn fuq li jaħdem f ’termini ta’ pjan ta’ awditjar intern li jkopri l-kompiti kollha mwettqa mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) fuq perjodu ta’ ħames snin. Il-verifika mwettqa hija bbażata fuq kampjuni magħżula mid-diversi popolazzjonijiet li qed jiġu ttestjati. Minkejja l-fatt li mhux il-popolazzjoni kollha tiġi ttestjata, kwalunkwe dgħufija operazzjonali u ta’ kontroll toħroġ bħala riżultat dirett tal-awditu. Is-servizz tal-awditjar intern joħroġ rapport lill-Kap tal-ARPA għal kull qasam awditjat u jsiru rakkomandazzjonijiet għal titjib abbażi tas-sejbiet. Is-servizz tal-awditjar intern iwettaq awditi ta’ segwitu minn żmien għal żmien sabiex jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet li saru ġew indirizzati mill-Aġenzija. Ix-xogħol kollu ta’ verifika jsir skont standards aċċettati internazzjonalment.

Is-servizz tal-awditjar intern huwa assenjat ukoll ir-responsabbiltà li jagħti pariri lill-maniġers dwar l-istruttura operattiva u ta’ kontroll tal-ARPA. Fl-abbozzar tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni Annwali tiegħu, il-Kap ARPA jibbaża l-opinjoni tiegħu fuq ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet magħmula permezz tas-servizz tal-awditjar intern. Is-servizz tal-awditjar intern huwa għalhekk għodda f’idejn il-Kap tal-ARPA li tgħinu jidentifika u jindirizza r-riskji u d-dgħufijiet li tiffaċċja l-Aġenzija.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.