Taqsima C1 – Taqsima tal-Kontijiet

Għanijiet tat-Taqsima

Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ġew maħluqa biex jiksbu l-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), kif imfisser mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dawn il-fondi huma ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u amministrati mill-Aġenziji tal-Pagamenti (AP), permezz ta’ ġestjoni li tinqasam mal-Istati Membri, kif iddikjarat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Fir-rigward ta’ miżuri relatati ma’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u l-FAEŻR, it-Taqsima tal-Kontijiet tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) hija responsabbli biex tikkomunika lill-Kummissjoni dikjarazzjonijiet ta’ nfiq (inkluż rappurtar dwar dħul allokat), stimi ta’ rekwiżiti finanzjarji (previżjonijiet) u l-kontijiet annwali tal-aħħar tas-sena finanzjarja. Dawn l-inkarigi jitwettqu skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014

L-għan prinċipali tat-Taqsima huwa li tiżgura stampa vera u ġusta fil-kontijiet/rappurtar tat-tranżazzjonijiet kollha u li l-komunikazzjoni ta’ tali rapporti tirrispetta t-termini stipulati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 908/2014.

1. Spejjeż ta’ Nfiq

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014, jistabbilixxi li kull Aġenzija tal-Pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet separati kemm għall-FAEG u għall-FAEŻR. Dan skont l-Artikoli 4(1), 5 u 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-użu tal-fondi magħmula disponibbli għaliha biex ittaffi l-ispiża rispettiva. Dawn il-kontijiet għandhom jippermettu li d-data finanzjarja għall-FAEG u l-FAEŻR tiġi distinta u pprovduta separatament.

Fost dawn il-kontijiet wieħed jista’ jsib l-infiq sostnut u d-dħul magħmul matul perjodu speċifiku ta’ żmien. Dawn huma kkonsolidati u rrappurtati lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, fir-rigward ta’ termini stabbiliti, kif stabbilit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 908/2014.

2. Ġestjoni tad-Debituri

L-Artikolu 54 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistabbilixxi li għal kwalunkwe pagament indebitu wara li li sseħħ irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jitolbu l-irkupru mingħand il-benefiċjarju. L-ammonti korrispondenti għandhom jiġu rrekordjati fil-mument tat-talba tal-irkupru fir-reġistru tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.”

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet kollha leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi u jieħdu kwalunkwe miżuri neċessarji oħra biex jiżguraw protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Komunità b’mod partikolari biex:

  • Jipprevjenu u jaġixxu kontra l-irregolaritajiet;
  • Jirkupraw pagamenti indebiti flimkien mal-imgħax, u jressqu proċeduri legali f’dan is-senskif meħtieġ.
  • Wara r-rikonoxximent ta’ debiti, l-Istati Membri huma obbligati jirkupraw l-ammonti dovuti: permezz ta’ Tpaċija jew Pagament fil-bank.
  • Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri għandhom ipaċu kwalunkwe dejn pendenti ta’ benefiċjarju li ġie stabbilit skont id-dritt nazzjonali kontra kwalunkwe pagament futur li għandu jsir mill-aġenzija responsabbli għall-irkupru tad-dejn lill-istess benefiċjarju.
  • Pagamenti fil-bank jistgħu jsiru meta d-debitur iħallas id-dejn tiegħu direttament fil-kont bankarju tal-irregolaritajiet ta’ ARPA.

Tingħata rċevuta għal kwalunkwe ammont irkuprat.

Laqgħat barra mill-pajjiż

Minħabba li ARPA topera permezz ta’ ġestjoni li tinqasam mal-Kummissjoni tal-UE, l-uffiċjali tagħha jattendu laqgħat kull xahar sabiex jibqgħu infurmati dwar żviluppi ġodda li jseħħu kemm fis-suq agrikolu u żviluppi legali.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.