Taqsima C3 – Taqsima għall-Moniteraġġ, Assigurazzjoni u Akkreditazzjoni

Kull entità tirrikonoxxi u tifhem l-importanza li l-klijenti u l-partijiet interessati jingħataw servizz konsistenti li huma intitolati għalih. Għalhekk, l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) waqqfet din it-Taqsima.

L-għan ewlieni tat-Taqsima D2 huwa li jittejjeb is-servizz mogħti kif ukoll li jiġi żgurat li qed jiġu pproċessati l-ħlasijiet f’waqthom u b’mod tajjeb lill-benefiċjarji. Dan jinkiseb permezz tad-dmirijiet li twettaq din it-Taqsima li jinvolvu:

  • L-iżgurar li l-proċeduri adottati mit-Taqsimiet fi ħdan l-Aġenzija jkunu konformi mar-regolamenti, il-linji gwida u l-manwali tal-Proċedura applikabbli
  • Li tenfasizza l-anomaliji wara li twettaq il-kontrolli u telenka l-għemil li għandhu jittieħed minn kull Taqsima.
  • Tissorvelja s-servizz ipprovdut mill-ARPA u tiżgura li dan ikun konformi mal-istandards tal-Premju tas-Servizz ta’ Kwalità

 

Mis-sena finanzjarja 2021 it-Taqsima inqassmet f’żewġ oqsma. It-Taqsima D2.1 tieħu ħsieb l-Akkreditazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riskji. Min-naħa l-oħra, it-Taqsima D2.2 ġiet responsabbli għall-Monitoraġġ u l-Assigurazzjoni tal-Kwalità.

F ’dan ir-rigward it-Taqsima D2 tadotta ħsieb olistiku meta tagħmel il-verifiki tagħha billi tanalizza u ssegwi il-proċessi kollha implimentati fi ħdan l-ARPA. Dan jibda mill-istadju tal-applikazzjoni u/jew talba għall-ħlas u jispiċċa sal-istadji tal-awtorizzazzjoni u l-ipproċessar tal-ħlasijiet.