Is-Sistema ta’ Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli (FAS)

Is-Sistema ta’ Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli hija intiża biex tgħin lill-bdiewa jifhmu aħjar u jissodisfaw ir-regoli tal-UE għall-ambjent, is-saħħa pubblika u tal-annimali, il-benessri tal-annimali u l-kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali.

L-Istati Membri huma meħtieġa li jistabbilixxu Sistema ta’ Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli (FAS) li hija intiża biex tgħin lill-bdiewa jifhmu aħjar u jissodisfaw ir-regoli tal-UE għall-ambjent, is-saħħa pubblika u tal-annimali, il-benessri tal-annimali u l-KAAT. Il-politika għall-iżvilupp rurali tappoġġja lill-bdiewa fl-użu ta’ servizzi konsultattivi u tappoġġja lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ servizzi konsultattivi ġodda għall-azjendi agrikoli fejn meħtieġ.

L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 2021/2115 tal-Parlament Ewropew jindirizza din il-ħtieġa u joħloq obbligu għall-Istati Membri biex jistabbilixxu sistema ta’ servizzi konsultattivi għal benefiċjarji dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjendi agrikoli.

Din is-sistema hija intiża biex tiġi operata minn korpi pubbliċi deżinjati u/jew korpi privati magħżula għall-benefiċċju tal-bdiewa kollha, kemm jekk jirċievu fondi agrikoli tal-UE u anki jekk le.

Servizz konsultattiv għall-azjendi agrikoli jevalwa s-sitwazzjoni speċifika tal-bidwi u jagħti konsulenza xierqa.

L-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali hija l-Awtorità Kompetenti magħżula għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli skont Leġislazzjoni Sussidjarja 117.39

Applikanti interessati li jixtiequ jistabbilixxu servizz konsultattiv għall-azjendi agrikoli għandhom jikkuntattjaw lir-Reġistratur

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali

Tel: +356 2292 4172

imejl: [email protected]

Għal-linji gwida rilevanti u l-applikazzjoni, tista’ tikkuntattja lir-reġistratur fuq l-email iktar ’il fuq.

Il-formola ta’ applikazzjoni mimlija u d-dokumenti ta’ akkumpanjament għandhom jiġu sottomessi online jew mal-Front Office, Ta’ Qali.

ornituri ta’ Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli reġistrati għandhom jimlew u jissottomettu r-Rapport ta’ Status annwali biex jiġi mistħarreġ mill-FASRB. Il-mudell għar-rapport tal-istatus jista’ jinkiseb mir-reġistratur.

Agħfas hawn għall-aħħar Reġistru tal-Bord ta’ Reġistrazzjoni għas-Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli (FASRB)

Agħfas hawn għall-aħħar Sospensjonijiet, Kanċellazzjonijiet, Tneħħija mil-Lista u Dħul mill-Ġdid tal-Bord ta’ Reġistrazzjoni għas-Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli (FASRB)

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.