BiedjaCam App

Niżżel l-app fuq il-mowbajl sabiex tkun tista’ tuża s-servizzi diġitali bil-kumdità kollha.

 Google Play Store         App Store

Informazzjoni dwar il-Mobile App

BiedjaCam

 
 
BiedjaCam hija app li tippermetti lil bdiewa jippjanaw l-uċuħ tar-raba’ b’mod interattiv. F’każ ta’ ħsarat ikkawżati minn maltempata l-bidwi jista’ japplika onlajn b’mod komdu u effiċjenti. Iż-żewġ funzjonalitajiet huma bbażati fuq teknoloġija fejn l-utent jieħu ritratti ġeo-lokalizzati.
 
Bħala bidwi, inti tista’ faċilment iddaħħal il-prodotti li qed jiġu mkabbrin fl-għelieqi tiegħek u tieħu ritratti tal-proċess tat-tkabbir permezz tal-BiedjaCam. Jekk isseħħ maltempata li tagħmel ħsara lill-uċuħ tar-raba’ tiegħek, ir-ritratti li jkunu ttieħdu bil-BiedjaCam qabel ma’ seħħet il-maltempata jservu bħala evidenza ta’ liema uċuħ tar-raba’ kienu qed jitkabbru. B’dan il-proċess il-Gvern ikun jista’ jassisti aħjar lill-bdiewa.
 
 
L-app tinkludi wkoll il-funzjonalitajiet li ġejjin:
 
• Tirċievi avviżi u notifiki important mingħand l-ARPA
 
• Tirrispondi messaġġi mibgħuta mill-ARPA
 
• Tara l-għelieqi rreġistrati kollha tiegħek
 
• Issegwi mill-qrib l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-fondi tal-UE
 
• Tara l-pagamenti kollha li rċevejt
 
 
 

Kif tattiva l-kont tiegħek u tidħol fl-app

 
 
Dan il-filmat juri kif tattiva l-kont tiegħek u tidħol fl-app tal-BiedjaCam. Sabiex tuża din l-app huwa importanti li jkollok kont eżistenti tal-IACS. Jekk int diġà rreġistrat fis-sistema tal-IACS u m’għandekx password, agħfas fuq “Oħloq kont”. Jekk insejt il-password agħfas fuq “Ibdel il-password”. La darba l-kont tiegħek jiġi attivat, int tkun tista’ tidħol u tibda tuża l-app.
 

X’għandek tagħmel meta l-ARPA titlob ritratti ġeo-lokalizzati?

 

Meta tirċievi talba għal ritratt ġeo-lokalizzat għandek issegwi l-passi ta’ hawn taħt:

  1. Meta l-aġenzija jkollha bżonn ritratt, int ser tkun tkun mgħarraf billi jintbagħtlek messaġġ fl-app li tista’ tarah mill-paġna Il-Konversazzjonijiet Tiegħi.
  2. Agħfas fuq il-buttuna f’ forma ta’ demgħa jew qatra (location) sabiex tieħdok fil-paġna Ritratti Mitluba. Hawnhekk issib lista ta’ markers pendenti li huma dawk li għandhom bżonn li jittieħdilhom ir-ritratt.
  3. Mur fuq l-għalqa.
  4. Jekk ma tistax taqbad mal-internet aħdem b’ modalità offline.
  5. Agħfas fuq il-marker. Għalqa jista’ jkollha iktar minn marker wieħed.
  6. Agħfas fuq il-buttuna tal-kamera u segwi l-istruzzjonijiet, il-vleġeġ u l-marker (forma ta’ demgħa). Huwa mħeġġeġ li jittieħed aktar minn ritratt wieħed minn angoli u pożizzjonijiet differenti.
  7. Wara kull ritratt li tiġbed tista’ tikteb nota.
  8. Wara li tkun ħadt ir-ritratti kollha ara li tkun imqabbad mal-internet.
  9. Agħfas fuq il-buttuna ‘Issottometti’ sabiex tibgħat ir-ritratti lill-aġenzija.
  10. Wara li tagħfas issottometti ma tkunx tista’ tħassar ir-ritratti jew tibdel in-noti.

Kif iżżid uċuħ tar-raba’ u tieħu ritratti geo-lokalizzati 

 

Dan il-filmat juri kif tista’ żżid wiċċ tar-raba’, tiddikjara t-tip ta’ wiċċ tar-raba’ u żżid id-dati tat-tħawwil u tal-ħsad. Barra minn hekk, dan il-filmat juri kif tieħu ritratti ġeo-lokalizzati tal-uċuħ tar-raba’ tiegħek u tiddikjara l-istadji tal-wiċċ tar-raba’.

Kif tapplika għall-Applikazzjoni tal-Għajnuna għall-Ħsarat ikkawzati mill-Maltemp

 

Dan il-filmat juri kif tapplika għall-applikazzjoni tal-għajnuna għall-ħsarat ikkawzati mill-maltemp. Il-proċess huwa pjuttost sempliċi u jinvolvi li tieħu ritratti tal-uċuħ tar-raba’ li ġarrbu l-ħsara. Żur il-paġna tal-għajnuna għall-maltemp, agħfas fuq “applika issa” u segwi l-proċess. Fl-aħħar tal-proċess niżżel, iffirma u ssottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti kollha lill-Front Office. Permezz tal-mowbajl app BiedjaCam, inti tista’ taġġorna l-applikazzjoni ta’ għajnuna eżistenti tiegħek. Tista’ tagħmel dan billi żżid ritratti ġodda ta’ uċuħ tar-raba’ li kienu diġà mniżżla fl-applikazzjoni jew tissostitwixxi l-applikazzjoni eżistenti meta tissottometti ritratti tal-uċuħ tar-raba’ li ma kienux mniżżla oriġinarjament.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.