IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-missjoni tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali hija li sservi bħala organizzazzjoni li tipprovdi servizz ta’ kwalità lil klijenti tagħha, li jinvolvi l-ipproċessar fil-ħin ta’ pagamenti dovuti, filwaqt li tiżgura konformità mar-regoli u r-regolamenti applikabbli tal-UE, u twassal informazzjoni rilevanti lis-settur tal-biedja lokali.

Ir-Rwol u l-Għanijiet tal-ARPA
 
 

L-ARPA għandha viżjoni li sservi bħala pedina importanti sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċji li tipprovdi l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE. L-għanijiet tal-ARPA huma li:

– Topera bi proċeduri amministrattivi li huma effettivi
– Tiżgura l-ipproċessar effiċjenti, effettiv u fil-ħin tat-talbiet għall-ħlas
– Tamministri proċeduri ta’ kontroll effettivi sabiex tiżgura li m’hemmx riskji fl-użu ta’ fondi pubbliċi tal-Unjoni Ewropea (UE)
– Tipprovdi informazzjoni tajba u fil-ħin lill-Istituzzjonijiet Ewropej, l-entitajiet lokali u l-aktar importanti lis-settur tal-biedja lokali

 
 
Bażi Legali
 

L-Aġenziji għall-Pagamenti huma stabilliti skont il-leġislazzjoni tal-Politika Agrikoli Komuni tal-UE, speċifikament mar-Regolament (UE) Nru 2021/2116 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

L-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali ġiet stabbilita skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 146.03 Regolamenti tal-Aġenzija għall-Pagamenti.